Dan il-messaġġ irċivejnieh wara li l-MPs ivvutaw fuq l-abbozz ta' liġi 28 (Bill 28) li – jekk jibqa' fil-forma oriġinali tiegћu – se jiddikriminalizza l-abort meta dan isir biex tissalvagwardja l-ћajja jew is-saћћa tal-mara tqila, jekk din tkun f'periklu gravi.
Il-messaġġ jinvolvi rakkont ta' żewġt iqraba tal-persuna li kkuntattjatna, kif ukoll ћsibijiet dwar gћalfejn hi pro-choice.
"Żewġ aћwa li huma membri tal-familja tiegћi gћal ftit ma mietux minћabba l-irresponsabbiltà, l-indifferenza, u l-gideb tat-tobba.
L-ewwel waћda kienet tqila b'tarbija li t-tobba kienu jafu li kienet qed tmut ftit ftit f'ġufha, imma injorawha u ћallewha ġġorr it-tarbija mejta ġo fiha gћal tul ta' żmien, basta ma jћalluhiex tagћmel abort. Meta imbagћad kienet f'uġigћ kbir u spiċċat, mingћajr ћsieb, welldet it-tarbija stillborn, l-infermiera qaltilha li kienet f'riskju gћoli li tispiċċa avvelenata.
Meta ћarġet wara l-istillbirth, kien hemm mara oћra (fost in-nisa li qed jistennew tarbija) li staqsietha, “x'kellek?”, u l-qariba tiegћi nfaqgћet tibki bla waqfien.
Oћtha ġralha l-istess. Kienet tqila b'tarbija li kellha d-Down’s Syndrome u problema enormi ta' qalb gћajjiena. Min gћamlilha l-ultrasound ћarrfilha li gћandha 'footballer' tant kemm kien qiegћed jagћti b'saqajh. Wara, ukoll twieled mejjet.
Wara din it-telfa, iż-żewġ aћwa kellhom żewg ulied oћra, li twieldu b'saћћithom u gћadhom ћajjin sa llum. Però, il-ћsara mentali li soffrew xorta qatt ma fieqet, u t-tensjoni xorta ġarrewha tul iż-żewġ pregnancies tagћhom l-oћra li l-istorja setgћet tirrepeti lilha nfisha. Kieku aċċettaw il-fatt li l-moћqrija estensiva hija agћar milli toqtol individwu u gћamlu dak li l-aktar kien hemm bżonn jagћmlu, kieku l-ћsara setgћet tkun ћafna inqas. Jekk dawn in-nies huma vera favur il-ћajja, gћandhom jikkunsidraw li jekk ma jistgћux isalvaw il-ћajja tat-tnejn, gћallinqas isalvaw waћda, u l-aktar waћda li gћandha ċans li tgћix, mhux tћalliha tmut ukoll – nerġa’ ngћid, jekk huma vera pro-LIFE.
Bint waћda minnhom u aktar membri tal-familja xorta jidentifikaw strettament bћala pro-life, u mhux darba jew tnejn li jkollha xi tgћid mat-tifla tagћha li hi pro-choice. Li tkun pro-choice appuntu tfisser li gћandek gћażla, jiġifieri tista' tkun mara li gћandha tarbija li ma taffordjax tћalliha tikber f'ġufha – sewwa jekk hux minћabba li ma tridhiex jew gћax hi ta' riskju lejha – u tagћżel li ma tagћmilx abort iżda xorta tidentifika bћala pro-choice gћax gћamlet DEĊIŻJONI u DEĊIŻJONI li ћadet hi, mhux iddettata minn xi ras kbira.
Qabel il-każ ta' Andrea Prudente, jien ukoll kont imfixkla jekk naqbilx mal-abort jew le. Però, meta qrajt aktar dwar it-tortura li jsofru dawn in-nisa, kemm f'każijiet bћal dawn jew simili, demmi baqbaq wisq. Aktar u aktar meta rajt il-kummenti misoġinisti li gћamel il-kap ta' l-oppożizzjoni u kif pruvaw jgћattu kollox u jdawwruha kontra din il-mara innoċenti. Anke minn ћalq NISA stess ћareg il-velenu. U jien nibqa' ma niġġudikax, gћaliex nghid, “Artemisia, tista' tkun int li tinqabad f'sitwazzjoni tal-waћx bhal din!”
Xi kultant niddubita kemm vera ћriġna mill-era Medjevali. Gћalkemm ninsab iktar inkorlata li kellu jiġri każ gravi daqs ta' Prudente biex jinxterdu l-istejjer dwar abort bla tort, inћossni grata li nista' jien ukoll naqsam l-uġigћ li nhoss dwar l-inġustizzji li gћadhom isiru, speċjalment fuq dawn in-nisa. Tassew li t-tmienja u gћoxrin [28] ta' Settembru huwa Safe Abortion Day, però naћseb li gћal Malta, aktar u aktar aћna n-nisa, gћandna niċċelebraw nhar id-dsatax [19] ta' Diċembru, jum storiku fis-sena elfejn tnejn u gћoxrin [2022], daqs (jekk mhux aktar) mill-Indipendenza (nhar il-wieћed u gћoxrin [21] ta' Settembru). Dan gћaliex, bћal l-Indipendenza wkoll, dan il-jum – jiġifieri meta gћaddiet Bill 28 (abort f'każ li l-mara qiegћda f'riskju) – kien l-ewwel pass biex noћorġu mill-mentalità skaduta ta' preġudizzji kontra n-nisa. Issa qed nistenna l-jum li titwessa din il-liġi tal-abort bil-mod li suppost gћandha titwessa, li nkunu nistgћu ngћidu li hija l-'Jum il-Ħelsien' tan-nisa."
- Artemisia
Comments