Din hija r-raba' storja li rċivejna bil-Malti.
“Kien eżatt wara li ħadt it-tieni doża tal-vaċċin kontra l-COVID u kont konxja li dan seta’ ħalla impatt fuq is-sistema riproduttiva tagħna n-nisa, għalkemm iċ-ċiklu tiegħi dejjem kien regolarissimu.
Kif ir-riżultat tat-test ġie pożittiv, ħassejt id-dinja taqa’ fuqi. Ta’ 38 sena u omm ta’ tifel bl-awtiżmu ma stajtx nieħu ċans li jkolli tarbija oħra. L-unika soluzzjoni kienet li nwaqqaf it-tqala.
Bl-ultrasound kellhom diffikulta jaraw ċar kemm kelli ġimgħat tqala għax kont fil-bidu nett. Bi ftit ħsieb fittixt l-għajnuna mingħand min seta’ jgħinni u jagħtini parir mingħajr ma jiġġudikani. Ordnajt il-pilloli online li waslu f’ġimgħa, u bl-għajnuna u s-support tas-sieħeb tiegħi għamiltha d-dar. Imxejt mal-istruzzjonijiet, u kollox mar b’wiċċ il-ġid.
Ma nħoss l-ebda rimors jew ħtija. Kienet ċirkostanza li qatt ma bsart li ser insib ruħi fiha, u ma kellix opinjoni ċara jekk inix favur jew kontra l-abort s’issa. Li għamilt għamiltu b’imħabba għall-familja tiegħi u anke għall-kreatura li setgħet ġiet bi problemi.”
Comments