top of page
Writer's pictureBreak the Taboo Malta

Storja 53 - 13.06.2021

Din hija t-tielet storja li rċivejna bil-Malti.




“Inweġġa’ ħafna meta xi nies jgħidu li min jagħmel abort ma jixraqlux jissejjah omm, jew li tkun omm ħażina minħabba f’hekk.


Bażikament, jien ħriġt tqila waqt li kont qegħda nieħu l-pill, għax diġà kelli żewġt itfal u ma xtaqtx iktar tfal. Mill-partner ma kienx se jkolli support, kont ser nispiċċa nrabbi 3 itfal waħdi, apparti l-fatt li finanzjarjament ma kontx tajba.


Iddeċidejt li nitla’ ġo klinika msemmija ġewwa Londra. Ma jiddispjaċini xejn mill-għażla li għamilt, għax stajt nibda opportunità ġdida ta’ xogħol u nqum finanzjarjament fuq sieqi.


Tajjeb li nsemmi wkoll li ħafna jsemmu s-sabiħ tat-tqala, però l-ikrah jaħbuh. Jien kelli anke ħsibijiet ta’ suwiċidju u mort sabiex niprova ukoll. Ma jiddispjaċini xejn l-għażla li għażilt jien, u b'hekk uliedi għadhom jistgħu jgawduni kif suppost.”

412 views

Recent Posts

See All

コメント


bottom of page